booktheque

Ġaħan fl-Aqwa Żmien

Mark Camilleri · 2022

Where to buy

Amazon’s price changes daily, so the most accurate place to see it is there, at the moment you buy.

View on Amazon

About the book

Tiftakruh lil Ġaħan? Dak it-tifel Malti li ġibed il-bieb tad-dar t’ommu? Dażgur li tiftakruh. Ġaħan huwa l-aktar karattru letterarju popolari Malti. Kontu tafu li Ġaħan ta’ Malta ġej minn Ġaħan Għarbi li jismu Ġoħa? Fuq hekk ngħidilkom darb’oħra. Għalissa għandi bżonn nirrakkontalkom l-istorja tal-Ġaħan Malti għax għadda ħafna żmien minn mindu ġibed il-bieb, u minn dak iż-żmien ’l hawn Ġaħan inbidel! Ġaħan illum jismu Dustin. Jaħdem fl-IT bħala developer. Baqa’ kummidjant imma sar xi ftit aktar intellliġenti. Ma jistax jgħabbi mara. Dejjem bil-problemi. Jixtieq isir artist imma għażżien. Moħħu biex jiekol. Daħal fil-crypto biex jagħmel lira u tilef kollox. Xtara penthouse l-Fgura fl-Aqwa Żmien u ġietu ħażin. Darba ltaqa’ ma’ politikanta li jisimha Polly u talbitu jagħmlilha website. Dustin ħaseb li tħobbu u l-website għamilhielha imma daħħlitu f’biċċa inkwiet. Imma fl-aħħar irnexxielu jpattihielha. Dan huwa rumanz satiriku fuq Malta ħanina, ħobża u sikkina. Dan huwa rumanz fuq Malta u l-Maltin. Dustin huwa x-xempju tar-raġel Malti fl-Aqwa Żmien. Jien, l-awtur, jisimni Mark Camilleri u dan huwa l-ewwel rumanz tiegħi. Is-soltu nikteb kotba tal-istorja. Tħawdunix ma’ kopji oħra tiegħi li għamel il-Gvern biex igerfixkom. Sirt famuż mindu kien hemm politikanta korrotta u għamlitli libell. Tgħid tagħmilli libell ieħor? Dar Camilleri www.markcamilleri.org

Book details

Year
2022
Language
mlt
Publisher
Dar Camilleri
Editions
1
ISBN
9789918953523

Data source: Wikidata

More by Mark Camilleri